Ġie ppubblikat aġġornament importanti mill-paġna Maltese Roads Traffic Updates, fejn ġiet irrappurtata konġestjoni qawwija fiż-żona turistika ewlenija.
Skont l-informazzjoni ppubblikata, hemm traffiku qawwi nieżel lejn Bay Street minħabba triq li ġiet magħluqa.
“Traffiku qawwi fi triq Baystreet hekk kif it-triq li twassal għal Pembroke minn St. George’s Bay hija magħluqa. Sadanittant, triq Santu Wistin lejn l-Intercontinental Hotel fi triq lejn l-eCabs hi wkoll magħluqa minħabba xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Għalhekk it-traffiku kollu jrid joħroġ lura minn Triq Dragonara, f’San Ġiljan.”
Is-sewwieqa huma mħeġġa jevitaw iż-żona jekk possibbli jew jippjanaw rotot alternattivi biex inaqqsu d-dewmien.
