Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Mużika Mużika reġgħu qasmu mas-segwaċi tagħhom ħolqa b’kanzunetta maħbuba immens mill-Maltin. Din hija l-kanzunetta tant popolari Bla Tarf, li hija r-rebbieħa tat-tieni edizzjoni tal-festival Mużika Mużika, kantata minn Kurt Calleja.
Huma qalu, “Erġgħu isimgħu Bla tarf – il-kanzunetta rebbieħa tat-tieni edizzjoni ta’ Mużika Mużika. Din il-kanzunetta tgħallimna li f’mumenti li forsi jidru mdalma u bla tama, qatt m’għandek taqta’ qalbek, għaliex bis-saħħa tal-imħabba jirnexxilek tegħleb kull tip ta’ sfida. Interpretazzjoni: Kurt Calleja. Lirika: Kurt Calleja. Kompożizzjoni: Kurt Calleja, Aleandro Spiteri Monsigneur u Peter Borg.”
Facebook/Kurt Calleja