“Din Il-Mara Sabiħa U Omm Formidabbli U Li Jien Kburi Ħafna Li Hi Binti, Llum Tgħalaq Snina” – John Bundy

Permezz ta’ kelmtejn fuq il-paġna tiegħu, l-preżentatur John Bundy qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn t’awgurju f’għeluq snin bintu.

Hu qal, “Din il-mara sabiħa u omm formidabbli u li jien kburi ħafna li hi binti, llum tgħalaq snina. Samyra, ma’ hawnx kliem biżżejjed li nista nsarrfu biex ngħidlek kemm inħobbok, iżda hemm qalbi li tkellmek u msaħħra warajk b’imħabba ta’ missier.”

Żied jgħid, “Ommok u jien nirringrazzjawk minn qalbna tar-rispett u mħabba li għandek lejna u kburin bik ghar-rispett li turi ma’ kulħadd. Awguri sabiħa.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlha minn qalbna!







Ritratti:

Facebook/John Bundy

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI