“Disa' Persuni Adulti Rċivew Is-Sagrament Tal-Griżma Tal-Isqof” – Arċdjoċesi Ta’ Malta

Il-paġna uffiċjali tal-Arċdjoċesi ta’ Malta ħabbret li disa’ persuni adulti li fosthom hemm mhux biss Maltin, imma persuni minn madwar id-dinja kollha, għadhom kif irċevew il-griżma tal-isqof.

Fuq il-paġna kitbu, “Disa’ persuni adulti rċivew is-sagrament tal-griżma tal-isqof wara li temmew il-programm tar-Rit għad‑Dħul tal‑Adulti fil‑Ħajja Nisranija. Is-sagrament irċivewh ilbieraħ nhar il-festa tal-Għid il-Ħamsin (Pentekoste) waqt quddiesa ċelebrata mill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi. Dawn il-persuni huma minn Malta, in-Niġerja, il-Kolombja u l-Italja.”

Kemm hi xi ħaġa sabiħa li bħala kattoliċi naraw persuni ġodda jingħaqdu magħna fil-ħajja Nisranija. Qatt ma hu tard wisq biex tibda timxi wara Ġesu u filfatt dawn il-persuni għażlu t-triq it-tajba b’qalbhom miftuħa bħala adulti għaliex ħassew lil Alla jsejjħilhom.





Facebook / Archdiocese of Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI