Dr. Jean Claude Farrugia B’Ħolma Li Jesebixxi L-Ħwejjeġ Li Jiddisinja Barra Minn Malta

t-tabib u disinjatur Malti, Jean Claude Farrugia għandu l-ħolma li jesebixxi l-ħwejjeġ li jiddisinja hu barra minn Malta.

F’intervista ma’ TVM, Dr. Farrugia tkellem dwar kemm iħit b’sens ta’ espressività u sostenibbiltà u kif irnexxielu jgħaqqad flimkien il-passjoni għal moda mal-mediċina.

“Hija metodu ta’ espressività, jekk inti tħossok tajjeb tilbes mod, jekk kwiet mod ieħor, jekk m’għandekx moħħ mhux se tilbes tajjeb. Bil-Malti ngħidu l-ewwel ma tiekol l-għajn, inti tilbes b’ċerta mod biex tagħti impressjoni,” hu qal lil TVM.

Is-sostenibbiltà hija importanti ħafna għal Dr. Farrugia fid-disinji tiegħu. “Ipprovajna nelliminaw il-plastics, ċerta polyesters u affarijiet sintetiċi ħafna, ipprovajna ma nużawhomx, użajna l-fur imma pprovajna mmorru sostenibbli, kienu żewġ kowtijiet qabel, u għaqqadnihom.”

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Dr. Farrugia fiż-żewġ karrieri tiegħu.







Ritratti:

TVMnews / Facebook / Jean Claude Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI