MasterChef Malta, wieħed minn dawk il-programmi li jżomm lit-telespettaturi attenti mill-bidu sal-aħħar, kurjużi biex jaraw min ser jirbaħ l-edizzjoni. S'issa t-tliet rebbieħa li kellna huma Nicholas Bartolo, Nicolas Bezzina, u Steven Attard.
Settembru għaddej ġmielu, u hekk kif qed noqorbu għal bidu ta' skeda oħra, u MasterChef ser ikun qed jirritorna għar-raba' staġun tiegħu.
Fuq il-paġna uffiċjali tal-programm, it-tim ta' MasterChef Malta jagħti ħjiel dwar ir-ritorn tal-programm, hekk kif dalwaqt ħa jħabbru d-data meta ser jibda r-raba' staġun. Għadhom kif ħabbru d-data.
"Ir-raba' staġun ta' MasterChef Malta JIRRITORNA kull nhar ta' Ħadd mill-4 ta' Ottubru fuq TVM. Ix-Chef Victor, Letizia u x-Chef Pawlu reġgħu lura fil-kċina u, f'dan l-istaġun... Immarkaw id-dati fil-kalendarju tagħkom."
Dalwaqt!