Eżerċizzju F’Każ Ta’ Tsunami Ix-Xahar Id-Dieħel Ġewwa Marsaxlokk

Fil-5 ta’ Novembru se jsir drill f’Marsaxlokk. Dan it-drill se jkun f’każ ta’ avveniment ta’ tsunami f’Malta. Is-simulazzjoni se titmexxa mid-Dipartiment tal-Ġeosjenzi tal-Università ta’ Malta

Se jindaqqu s-sireni u kulħadd ikollu 45 minuta biex jevakwa għal art ogħla qabel ma jseħħ id-diżastru naturali fittizju u simulat.

It-drill jifforma parti minn proġett, imsejjaħ it-Tsunami Last Mile, ikkoordinat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea b’kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u d-Dipartiment tal-Ġeosjenzi tal-Università ta’ Malta.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI