“Ejja Ma Ninsewx Lit-Tfal Ta’ Gaza, Bħal Ta’ Ħafna Pajjiżi Oħra Mifnija Bl-Inġustizzji…” – Dr Nicholas Briffa

Fuq il-paġna tiegħu, il-Psikologu Dr Nicholas Briffa ħa mument biex ifakkar it-tbatija tat-tfal f’Gaża.

Hu kiteb, “Ejja ma ninsewx lit-tfal ta’ Gaza, bħal ta’ ħafna pajjiżi oħra mifnija bl-inġustizzji… għadhom hemm, ibatu fis-skiet. Immaġina għal mument: ibnek jew bintek ta’ ħames-sitt snin, jerfa’ piż ikbar ferm minnu biex iġib ftit ilma lejn id-dar. Ejja ilkoll nistaqsu…f’dan kollu, fejn marret qalbna bħala bnedmin? Fejn marret il-ħniena tagħna lejn ħutna bnedmin?”



Ippubblika wkoll filmat ta’ tifla ċkejkna tbati biex timxi waqt li terfa’ ilma tqil.



Ma nistgħux ma nħossux għal dawk il-pajjiżi li bħalissa qegħdin fi gwerra, speċjalment it-tfal żgħar innoċenti li kull ma jafu f’ħajjithom hi l-gwerra u t-tbatija li din iġġib magħha.



Ritratti:

Facebook / Nicholas Briffa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI