Huwa importanti li nirrispettaw lill-għalliema u dejjem napprezzaw l-irwol xejn faċli li jaqdu b’tant dedikazzjoni. Nisimgħu ħafna kontra l-edukaturi, iżda huwa importanti li bħal Emanue Seguna nxerrdu r-rispett lejhom.
Emanuel xtaq jaqsam messaġġ ispirat anke mill-esperjenza personali tiegħu u jħeġġeġ lin-nies biex anke huma b’għemilhom ikunu ta’ edukazzjoni għal ħaddieħor, anke jekk ma laħqux għalliema professjonalment.
“L-għalliema mhux bilfors irid ikollok digrit , iżda trid tkun ta’ eżempju għal ħaddieħor li jitgħallem minnhom. Il-mibki zijuwi kieku llum għalaq l-anniversarju fis-saċerdozju tiegħu.”
Isemmi diversi persuni li għamlu differenza f’ħajtu, fosthom għalliema li ra d-dedikazzjoni tagħha fl-edukazzjoni mill-viċin. “Ejja nkunu ghalliema min ghajr certifikat mill universita.. ejja nitghalmu nifmu lil min ghandu bzonn imqar harsa li tifem…”
Emanuel jagħlaq billi jirringrazzja lil dawk kollha li qraw dan il-messaġġ u jinsabu lesti biex japprezzaw aktar lil dawk il-persuni li tant jagħlmuhom f’ħajjithom, kemm b’mod professjonali kif ukoll fil-ħajja ta’ kuljum.