Angele Camilleri, li taħdem ħafna volontarjament biex issib l-għajnuna għal min hu fil-bżonn kitbet messaġġ rigward dak li tiltaqa’ miegħu waqt il-ħidma tagħha.
Parti kbira mill-messaġġ kien dwar ġenituri li huma fil-bżonn, u għalkemm jafu li jeħtieġu l-għajnuna minħabba uliedhom, xorta waħda jkomplu jżidu t-tfal.
Importanti li dawn il-ġenituri joqogħdu attenti għaliex magħhom ser ibatu wkoll l-ulied u b’hekk iktar ser tiżdied il-ħtieġa għall-għajnuna minn nies bħal Angele u social workers oħra.