Illum ġurnata importanti għal Angie Laus, Mark Laurence ta’ Xarbank u t-tim kbir tal-Missio. Wara li kienu ħassru d-data tal-maratona proprju jumejn qabel minħabba l-Covid-19, illum ser issir il-maratona għall-Missio. Bid-Donazzjoni tiegħek ser issalva ħafna nies li vera m’għandhom xejn.
B’60 ewro tgħid Angie tagħti trattament lit-tfal morda bit-tuberkulożi. Bi 17-il ewro titma’ 260 tifel u tifla fit-Tajlandja. Flus żgħar li għal dawn in-nies ifissru ħafna. Fuq il-profil tagħha, Angie kitbet, “Għalija ma jkunux 12-il siegħa faċli, imma dawn in-nies għandhom ħajjithom kollha diffiċli”.
Angie li esperjenzat il-missjoni kemm-il darba taf it-tbatija ta’ dawn in-nies daqshekk vulnerabbli. Illum f’nofsinhar ningħaqdu flimkien għal Missio.