Elia Huma L-Għażla Ideali Għalik U Għall-Familja Tiegħek Jekk Tixtieq Torganizza Xi Festin – Żgħir Jew Kbir!

Elia Caterers – isem rinomat sew fis-suq lokali. Rinomat għax il-prodotti tagħhom dejjem kienu mill-aqwa u ilhom aktar minn 70 sena joffru servizz tal-ogħla kwalità. Elia kien magħruf bħala perfezzjonista, u l-ħafna snin ta’ servizz fl-industrija tal-catering nisslu passjoni li joffri prodotti ta’ kwalità u artiġjanali lill-klijenti tiegħu. Dan il-bidu żgur li firex pedament sod.





Elia Caterers huma magħrufin f’oqsma differenti tal-catering, minn festini żgħar għal tiġijiet, magħmudijiet, praċetti, griżma u wkoll avvenimenti ta’ kumpaniji, kemm dawk żgħar u anke dawk kbar. Għal kull avveniment li toħlom huma faċli jagħtuk daqqa t’id biex toħroġ ta’ nies u kulħadd jibqa’ jitkellem fuq kemm kien tajjeb l-ikel li ġew servuti. Issa huma qed jagħmluha faċli għalik biex tordna dan kollu minn fuq is-sit tagħhom fuq https://elia.com.mt/

Fatt li forsi ftit jafu hu li Elia Caterers jistgħu wkoll jgħinuk torganizza l-festin żgħir id-dar tiegħek stess. Mhux l-ewwel darba li tiddeċiedi li tiċċelebra ma’ familtek jew sħabek ġewwa darek, jew tiftiehem ftit ma’ sħabek biex tiltaqgħu wara żmien twil. Int faċilment tista’ tordna l-ikel tiegħek mingħand Elia bla diffikultà ta’ xejn. Infatti fuq is-sit tagħhom tista’ ssib il-menu sħiħ biex tara liema prodotti tixtieq li tordna. 



Il-Maltin tista’ tgħid isibu kull skuża biex jiltaqgħu biex isegwu avvenimenti kbar flimkien, dawn it-tip ta’ avvenimenti jiltaqgħu flimkien il-familji u anke l-ħbieb, fejn jgħaddu serata mill-aqwa speċjalment jekk jordnaw l-ikel bnin u frisk ta’ Elia!

Dalwaqt ikollna l-finali taċ-Champions League u wara l-bieb għandna wkoll l-EURO 2024! Xi ħaġa x’tiekol waqt dawn il-logħob jinżel għasel, u Elia jagħmlu tassew faċli biex int tordna dak li trid b’għażliet differenti skont dak li tkun tixtieq int u sħabek, jew int u l-familja tiegħek.

Infakkrukom li wieħed ma għandux għalfejn jagħmel xi appuntament jew iċċempel biex jagħmel l-ordni tiegħu, jista’ jagħmel dan billi jżur is-sit ta’ Elia billi jidħol HAWN u jinqeda bl-aktar mod konvinjenti. Min jagħmel l-ordnijiet tiegħu minn hawn igawdi minn skontijiet speċjali. Huma joffru Set Menus differenti, Menus immirati għat-tfal, Vegan Set Menus, u anke Menus għall-uffiċċju. 

Mhux biss, jekk forsi tkun tixtieq menu personalizzat tista’ tagħmel dan ukoll. Elia Caterers qed joffru delivery b’xejn meta wieħed jonfoq tal-inqas €50. Huma jwasslu l-ordni tiegħek sal-indirizz li tixtieq.

X’qed tistenna biex tagħmel l-ordni tiegħek. Int tista’ żżur is-sit tagħhom HAWN, iżda dejjem tista’ tagħmel kuntatt magħhom billi ċċempel fuq 2124 6920 jew inkella żżur il-paġna soċjali tagħhom billi tidħol HAWN! Tajjeb ngħidu wkoll li jekk tixtiequ xi brochures tat-tiġijiet jew inkella brochures għall-avvenimenti li jistgħu jorganizzaw għall-kumpaniji, wieħed jista’ jagħmel dan minn fuq is-sit tagħhom. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI