Eluf Ta’ Studenti Maltin Jerġgħu Lura Wara L-Bankijiet Tal-Iskola Fil-Jiem Li Ġejjin

Għal eluf ta' studenti madwar Malta u Għawdex, it-tmiem tal-istaġun sajfi jfisser li wasal iż-żmien sabiex jirritornaw wara l-bankijiet tal-iskola. Fil-fatt, uħud diġà bdew jagħmlu dan filwaqt li oħrajn se jkunu qed jibdew sena skolastika ġdida fil-jiem li ġejjin.

F'dan l-isfond, il-Korp tal-Pulizija ħeġġeġ lill-ġenituri sabiex jaħsbuha darbtejn qabel ma jtellgħu fuq il-midja soċjali ritratti ta' wliedhom qed jirritornaw wara l-bank tal-iskola. Huma spjegaw kif filwaqt li għall-omm u għall-missier, ritratt ta' din ix-xorta jista' jkun memorja sabiħa, dan jista' jkollu użu ferm iktar detrimentali għat-terzi persuni bi ħsibijiet malizjużi.

"Ladarba ritratt jittella' fuq il-midja soċjali, inti titlef kull kontroll fejn imur dan ir-ritratt u kif jintuża," tenna l-Korp tal-Pulizija f'appell importanti.

Ritratti:

Facebook / The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI