Mal-ftuħ tal-ħarifa, dalgħodu l-gżejjer Maltin qamu għal iżjed ħalbiet tax-xita, hekk kif matul dawn l-aħħar jiem it-temp tipiku sajfi ta' sħana tremenda beda jnaqqas fil-qilla tiegħu, u minflok pajjiżna beda jesperjenza temperaturi kemxejn iżjed moderati mżewqa b'xi ħalba xita.
Skont is-sit 'It-Temp Madwarna', il-bqija ta' din il-ġimgħa mistennija toffri temp li hu tipiku għall-istaġun tal-ħarifa. Għall-maġġoranza tal-ġranet, it-temp se jkun imsaħħab, filwaqt li mbagħad nhar il-Ġimgħa mistenni jolqot lil pajjiżna xi maltemp iżolat.
Hekk kif is-sajf tal-2026 wasal fi tmiemu, it-temperatura issa għall-jiem li ġejjin mistennija tvarja bejn 21°C u 28°C. Hu antiċipat li għal dawn il-ġranet ir-riħ se jibqa' moderat fil-qawwa tiegħu.
Facebook / Patricia Kellett