Illum hi ġurnata memorabbli għall-preżentatur lokali James Aaron Chircop u martu, hekk kif bħal-lum erba’ snin ilu taw kelma lil xulxin u bdew il-vjaġġ taż-żwieġ tagħhom.
“Erba’ snin ilu. U qed niċċelebraw f’nofs kampanja. Għall-barkiet kollha u l-imħabba. Fi nżul u tlajja. Inħobbok għażiża marti Sarah, għal aktar anniversarji u ċelebrazzjonijiet, m’uliedna u l-għeżież tagħna. (Ps: Inwiegħdek li llejla mmorru nieklu, jien b’tazza nbid u int bl-ilma.)”
Qasam anke ritratt għall-okkażjoni, fejn kienu bosta li kkummentaw u awgurawlhom b’xewqat sbieħ. Awguri mill-qalb James u Sarah!