Il-preżentatriċi Doriana Zammit Portelli llum tfakkar jum mill-isbaħ f’ħajjitha meta bdiet vjaġġ romantiku ma’ żewġha Lionel. Hi kitbet messaġġ mill-isbaħ biex tesprimi mħabbitha lejh kif ukoll tfakkar il-jum meta ħarġu flimkien għall-ewwel darba.
“Inti dak kollu li dejjem ħlomt! Tliet snin ilu ħriġna għall-ewwel darba flimkien. Sena ilu nkurunajna mħabbitna bil-wegħda li tajna lil xulxin quddiem Alla. INĦOBBOK ĦAFNA, GĦAL DEJJEM,” kitbet Doriana. Qasmet anke ritratti mill-ġurnata tat-tieġ.
Awguri mill-qalb!