"Erba’ Snin Ta’ Stress, Ansjetà… U Issa Hawn Jiena, Lestejt L-Ewwel Sena Tiegħi Bħala Edukatriċi 'Full-time' U Lesta Biex Niggradwa." – Nicole Hammett

Il-kantanta lokali Nicole Hammett għadha kemm kisbet suċċess fl-istudji tagħha hekk kif waslet biex tiggradwa fil-BA (Hons) in Early Childhood Education and Care.

“Ir-riżultati waslu! Se niggradwa uffiċjalment f’Novembru li ġej fil-BA (Hons) in Early Childhood Education and Care. Kien vjaġġ diffiċli ħafna biex nasal s’hawn. Il-gradwazzjoni sena wara ma kinitx dak li kont immaġinajt jew stennejt, imma meta nħares lura, ninsab kuntenta li ġara.”

Nicole tkompli, “Erba’ snin ta’ stress, ansjetà… u issa hawn jiena, lestejt l-ewwel sena tiegħi bħala edukatriċi full-time u qed nipprepara biex niggradwa fi ftit xhur biss.”

Il-kantanta tesprimi l-gratitudni tagħha lejn il-familja, ħbieb u lejn il-maħbub tagħha, li kienu hemm għaliha f’kull sitwazzjoni. Awguri minn qabna Nicole!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI