Campari qed tfittex dar li tista’ toffrilha ħafna mħabba. Sfortunatament din spiċċat ġo xelter minħabba li ommha ma kenitx imsewwija.
“Erġajna…” ġie miktub fuq il-paġna tal-Facebook tal-MSPCA. “Peress li ommi ma ġietx imsewwija, spiċċajt f’xelter meta għandi biss 11-il ġimgħa.”
“Jisimni Campari, jien tifla żgħira, u l-aktar waħda partikolari – sewda fil-lewn tal-pil bħal ommi filwaqt li ħuti huma griżi u kannella. Sfortunatament, ġriewi suwed bħali spiss jiġu injorati… imma nwegħdek li għandi ħafna mħabba x’nagħti.”
“Din jien ma’ ommi fil-xelter Alison, li qed iżżommni sigura sakemm insib dar tiegħi stess. Jekk jogħġobkom għinuni nasal hemm – sponsorjaw, adottaw jew aqsmu l-istorja tiegħi.”
Facebook / MSPCA