Ġermaniża Ta’ 90 Sena Li Tuża Siġġu Tar-Roti Toqtol Lil Seħbitha Wara Argument Fuq Ġelat

Każ li bħalissa ixxokkja lill-Ġermanja u lil dawk kollh li saru jafu bih huwa l-każ ta’ Brigitte W ta’ 90 sena, li qatlet lil ħabibtha ta’ 77 sena. Dan wara argument fuq ġelat li inħall mill-ħanut sa x’ħin waslu l-appartament, il-post fejn seħħ id-delitt.

Il-prosekuturi fi Munich qalu li l-argument seħħ meta Petra marret tpoġġi l-ġelat fil-friża, u Brigitte qaltilha biex ma tgħamilx hekk. Wara li qatlet lil Petra b’daqqiet ta’ taġen fost l-oħrajn, l-akkużata stenniet 3 jiem qabel ċemplet lill-pulizija.

Il-prosekuturi żiedu jgħidu li l-qtil seħħ wara xhur ta’ bullying u abbuż, fejn kemm il-darba kien hemm rapporti ta’ vjolenza kontra l-akkużata. Madanakollu Petra xorta baqgħet ħabiba leali, u kienet tmur tgħinha fix-xirja tagħha.

Tistrieħ fis-sliem







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI