Għamara ta’ kwalità li mhux biss issebbaħ id-dar tiegħek imma tagħmel l-esperjenza tax-xiri aktar u aktar faċli. Dino Fino Group iħabbar il-H.O.L.A Collection biex jibda jmexxi l-esperjenza tax-xiri tal-għamara online f’Malta.
HOLA Collection hija marka ġdida li tiffoka fuq il-komunità u toħloq pjattaforma tal-kummerċ elettroniku għal dawk li jkunu jridu jixtru l-għamara tad-dar. Din il-pjattaforma tgħin lill-konsumatur jieħu deċiżjonijiet ta’ dak li ħa jixtri billi jipprovdu artikli estensivi, onesti u affidabbli fejn wieħed jista’ jieħu ideat, ispirazzjoni, jitgħallem u jiskopri x-xejriet il-ġodda sabiex iħossuhom lesti biex jixtru onlajn b’kunfidenza.

Il-missjoni tagħhom hija li tkun pjattaforma tal-kummerċ elettroniku li l-komunità tista’ tiddependi fuqha meta jkollha bżonn terġa’ tħaddem xi spazju jew timla’ d-dar. Mhux biss is-segwaċi jsibu l-aqwa servizz ta’ informazzjoni u disinn iżda wkoll prezzijiet kompettitivi.
Raġunijiet Għaliex H.O.L.A hija Importanti:
- Iffukati fuq il-Komunità
- Timmira li timbotta x-xiri onlajn f’Malta għal-livell li jmiss.
- Għamara tad-dar bi prezzijiet irħas.
Iffukati fuq il-komunità:
Hola jaħdem b’żewġ għanijiet ewlenin f’moħħu: komunità u ispirazzjoni. Il-sit tagħhon, holacollection.com hu stabbilit bħala sors ta’ ispirazzjoni kontinwa għall-klijenti biex isibu u jibbenefikaw minn informazzjoni rilevanti dwar il-prodotti li joffru. Is-sezzjoni Hola Inspiration tipprovdi links għal numru kbir ta’ artikli, suġġerimenti, u ideat relatati mat-titjib tad-dar, bħal kif l-għażla tad-dawl u l-kombinazzjonijiet ta’ kuluri t-tajba tista’ tgħin lil sid ta’ darha jtejjeb il-burdata tiegħu jew tagħha, kif ukoll jikkontrolla l-burdata tiegħu jew tagħha.Jekk id-dar tiegħek tidher aħjar, int ser tgħix ħajja aktar ferħana.
Bil-mira li timbotta x-xiri onlajn Malta għal-livell li jmiss:
Bħalissa HOLA Collection taf tidher sit normali tal-kummerċ elettroniku li s-soltu ssib meta tixtri, iżda l-viżjoni tagħha hija ħafna aktar minn hekk! “Għadna kemm nedejnieha iżda, il-pjanijiet li għandna għal HOLA żgur li se jgħollu l-istandards tal-kummerċ elettroniku f’Malta!, nixtiequ li nistgħu niżvelaw il-pjanijiet u l-ideat tagħna iżda strateġikament, dan mhux għaqli. Tinkwetax, dalwaqt tisma’ aktar dwar HOLA!”
.
Għamara tad-dar bi prezzijiet irħas
Il-marka qed tniedi bi skont massiv ta’ 50% fuq il-prodotti kollha disponibbli li joffru ditti tal-ogħla livell bħal Nordlux, E-Forma, Light & Living, Infiniti Design u ħafna aktar filwaqt li se jkomplu jistinkaw għal prezzijiet bi skont tul is-sena kollha.
Fil-qosor, H.O.L.A. tpoġġi enfasi qawwija fuq li toffri l-aħjar esperjenza possibbli online, filwaqt li tipprovdi wkoll lill-klijenti tagħha bi ispirazzjoni u prezzijiet irħas. Wieħed jista’ jżur is-sit billi jidħol HAWN, instagram billi jidħol HAWN jew FB billi jidħol HAWN.
Websajt: www.Holacollection.com Instagram: @dinofinooutlet Facebook: Dino Fino Outlet | Facebook