Illum tagħlaq sninha bint il-kantanta Chantal u b’messaġġ mill-isbaħ, tatha l-awguri tagħha u esprimiet kemm tfisser għaliha!
It-tifla ta’ Chantal, Sienna twieldet bħal-lum 2 t’Ottubru tas-sena 2004 u llum tagħlaq sbatax-il sena. Fil-messaġġ li kitbet Chantal fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, hi qalet li qabel twieldet Sienna, hi kienet għaddejja minn żmien diffiċli, għalhekk Sienna kienet il-kuntentizza tagħha.
“Kemm kont ferħana, l-anqas nista’ nispjegah il-ferħ li ħassejt ġo qalbi.”
Hi spiċċat il-messaġġ tagħha billi qalet li hi dejjem se tkun ommha u l-ikbar ħabiba tagħha. Nawguraw lil Sienna l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali!