‘Euronics’ Mistenni Jasal F’Pajjiżna – Jidher Li Ser Ikun Qed Jiftaħ Ġewwa Pembroke

Euronics

Il-katina internazzjonali tal-elettronika Euronics mistennija tidħol fis-suq Malti fil-futur qarib, skont rapporti.

Jidher li l-kumpanija qed tippjana li tiftaħ ħanut fil-proġett il-ġdid ta’ db Group f’Pembroke, li hu mistenni jitlesta aktar tard din is-sena.



Ritratt: euronics.ee



Euronics għandha aktar minn 6,500 ħanut mifruxin fuq 37 pajjiż fl-Ewropa, l-Asja Ċentrali, il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq, u tispeċjalizza f’apparat elettriku li jvarja minn friġġijiet u magni tal-ħasil sa televiżjonijiet, laptops u consoles tal-logħob.

Il-ħanut il-ġdid huwa mistenni jkun parti miċ-ċentru kummerċjali St George’s Mall.

Id-dħul ta’ Euronics f’Malta kapaċi jġib aktar kompetizzjoni fis-settur tal-elettronika u joffri għażla akbar lill-konsumaturi lokali.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI