F’Baħar Imqalleb Joħorġu Biex Isalvaw Raġel Li Waqa’ L-Baħar U Sab Ruħu F’Periklu

Ilbieraħ, bi qlubija liema bħalha, membri tal-Protezzjoni Ċivili ħarġu fil-baħar imqalleb sabiex isalvaw raġel li sab ruħu f’periklu wara li waqa’ l-baħar fl-inħawi ta’ Sant Iermu fil-Belt Valletta.

Fuq il-midja soċjali ttella’ filmat mill-Protezzjoni Ċivili fejn din l-operazzjoni delikata ta’ salvataġġ tidher qed isseħħ. B’reazzjoni bosta kienu dawk li faħħru l-kuraġġ muri minn dawn l-uffiċjali.



Fi stqarrija wkoll ġie spjegat kif ir-raġel b’xorti tajba ġie salvat u wara ttieħed ukoll l-isptar Mater Dei sabiex jingħata l-assistenza medika meħtieġa.



Prosit tassew lill-Protezzjoni Ċivili tal-ħidma tagħhom!



Ritratti:

Facebook / Il-Protezzjoni Ċivili

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI