“Fejn Irridu U Għal Min Irridu Għandna Flus Iżda Għall-Isport Le.” – Il-Preżentatur Sportiv Christian Micallef Iqajjem Punt Validu!

Christian Micallef jikteb dwar il-fatt li l-partitarji tal-Ħamrun spiċċaw jagħmlu crowdfunding sabiex ikunu ċerti li tħallu d-drittijiet televiżivi biex il-partita tal-Ħamrun Spartans tkun tista’ tixxandar lill-Maltin.





Hu jikteb, “Li pajjiżna jasal f’sitwazzjoni, li l-partitarji ta’ klabbs tal-futbol, f’dan il-każ Ħamrun Spartans, jispiċċaw jagħmlu crowd funding biex jaċċertaw li jitħallsu d-drittijiet televiżivi għal partita uffiċjali, li l-istazzjon nazzjonali bi dritt għandu jassigura li jxandar, tikkonferma kemm wasalna fix-xifer.”

Hu jispjega, “U din mhux l-ewwel darba li ġrat fl-isport, għal xandiriet ta’ kompetizzjonijiet kompetittivi internazzjonalment. Fejn irridu u għal min irridu għandna flus i’da għall-isport le. Min jieħu d-deċiżjonijet mhux talli mhux qiegħed fl-isport imma ma japprezzax u ma jifhimx xi jfissru dawn ix-xandiriet diretti għas-segwaċi sportivi.”



Christian itemm, “Fejn stajna Net Television għamilna l-impossibbli possibbli biex xandarna dawn il-logħbiet u kieku nistgħu nagħmlu l-istess. Solidarjetà mal-partitarji kollha milquta. Partitarju m’għandux ikun hu li jħallas, lanqas il-klabb iżda l-istat għandu jaċċerta li dawn il-partiti dejjem jixxandru u bla xkiel.”

X’taħsbu dwar dan?

Facebook / Christian Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI