“Fejnu L-Kontenut Għat-Tfal Bil-Lingwa Maltija? Hawn Nuqqas Ta’ Films U Kotba Maltin Għat-Tfal” – Evelyn Saliba La Rosa

Waqt dibattitu li tqanqal fuq Popolin dwar il-futur tal-ilsien Malti, l-attriċi u direttriċi lokali Evelyn Saliba La Rosa saħqet li hawn nuqqas ta’ kontenut li huwa indirizzat għat-tfal Maltin u huwa msawwar bil-lingwa nattiva ta’ pajjiżna.

Mal-preżentatur Quinton Scerri, Evelyn sostniet li tħoss li hawn nuqqas ta’ kotba, films u programmi li huma bil-Malti u jaspiraw li jkunu ta’ interess għal udjenza minuri.

Hi semmiet kif kien proprju għalhekk li madwar 14-il sena ilu, hi kienet waħda mill-imħuh wara sensiela Maltija bl-isem ta’ D.R.EA.M.S. li kienet proprju immirata lejn udjenza żagħżugħa.

Evelyn argumentat li bl-istess mod li fi stazzjonijiet televiżivi barranin tintuża l-lingwa tal-pajjiż ikkonċernat, hekk ukoll fl-istazzjon nazzjonali Malti għandu jiġi żgurat li l-ilsien Malti jintuża kemm jista’ jkun.







Ritratti:

Facebook / Popolin u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI