L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar li bħalissa qiegħed iħejji ruħu “għall-iżjed sajf impenjat tiegħu”.
F’dan l-isfond, fi stqarrija, l-ajruport Malti ħeġġeġ lil dawk kollha li qed jippjanaw li jsiefru fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin sabiex jaħsbulu minn qabel meta jkunu sejrin l-ajruport għaliex wissew li dan iż-żmien tas-sena mistenni jġib miegħu kjuwijiet twal u possibbilment ukoll xi dewmien.
L-ajruport Malti appella fost oħrajn sabiex wieħed jevita li juża mezzi privati tat-trasport.
Malta International Airport u Pexels