Fenomenu mhux tas-soltu fl-Awstralja. Ir-residenti tal-inħawi tal-punent fl-Awstralja, f’reġjuni bħal Shark Bay u Pilbara, ġibdu filmat tas-sema tinbidel f’lewn ħamrani. Minkejja li tidher xena kemmxejn tal-biża’, dan il-lewn ħamrani huwa riżultat naturali tat-temp.
Ġie rrapurtat li dan il-fenomenu huwa riżultat taċ-ċiklun tropikali, bl-isem ta’ Ċiklun Narelle, li qed iseħħ bħalissa fl-Awstralja, u li ġabar miegħu ammont kbir ta’ trab. Jidher li din mhix l-ewwel darba li ġrat f’dawn l-inħawi.
Ir-residenti spjegaw li l-arja saret tant tqila bit-trab li d-dawl tax-xemx ġie mgħotti kompletament u nbidel fi dlam totali u l-viżibilita` kważi kienet żero.
X’taħsbu dwar dan?
Facebook / AccuWeather