Riċentament kien hemm fuq fomm kulħadd id-diżastru f’Għar Lapsi meta ġarrab ħsarat naturali kkawżati mill-qilla tal-mewġ fiċ-ċiklun Harry. Inqasmet qalb bosta Maltin bil-ħerba li ħalla f’dan il-post naturali, iżda apprezzajnih biżejjed qabel ma bkejnih?
Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kappa Vision qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward dan fejn tkellmu dwar ‘diżastru’ ieħor preċedenti, fejn qasmu wkoll ritratti mill-istess post.
Huma qalu, “Snin qabel il-qerda li ħalliet warajha il-maltempata tat-Tlieta 20 ta’ Jannar 2026, f’Għar Lapsi kien diġà seħħ ‘diżastru’ ieħor meta kien ġie permess li jiġi żviluppat ristorant li jħares fuq il-bajja. Imbagħad għaxquha b’dik iż-żebgħa bajda.”
Qalu wkoll fost l-oħrajn, “Illum il-ġurnata, il-bini modern li telgħa ħdejn ir-ristoranti kellu impatt qawwi ħafna fuq il-viżwal tad-daħla ta’ Għar Lapsi. Mhux ta’ b’xejn ippermettilna nsejħulu ‘diżastru qabel id-diżastru’.”