Ilbieraħ diversi siti esprimew tħassib kbir dwar frana estensiva li ilha taffettwa ż-żona ta’ Niscemi għal dawn l-aħħar għaxart ijiem u li issa tidher li ma tistax tieqaf. L-agħar parti hi li ċediet l-art u spiċċaw ċedew anke djar.
Il-paġna Kunsill Lokali – Għarb esprimiet simpatija għal dak li għaddejjin minnu fi Sqallija wara dan id-diżastru li seħħ.
“Il-Kunsill u l-komunità tagħna jingħaqdu mal-amministrazzjoni u r-residenti tal-belt imsieħba tagħna, Niscemi, wara d-diżastru li seħħ f’pajjiżhom.”
Il-kunsill ikompli, “F’dan il-mument diffiċli ninsabu qrib tagħhom bit-talb u s-solidarjetà tagħna. Is-Sindku għamel kuntatt mas-Sindku Massimiliano Valentino Conti u mal-Kunsillier Aldo Gesuè Allia biex jesprimi s-simpatija u joffri l-għajnuna meħtieġa.”
Xerrdu aktar ritratti li juru dak li ġara ġewwa Niscemi fl-aħħar jiem.