Fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares ippubblikaw xewqat sbieħ għal persuna li kontinwament jgħin u jappoġġja lill-komunità, anke f’jum għeluq sninu. Fl-okkażjoni tal-ġurnata speċjali tiegħu hu ħa l-ikel għall-pazjenti u l-familjari.
“Illum qed niċċelebraw lil David Borg. F’għeluq sninu, xorta jibqa’ jaħseb fil-pazjenti kollha u jsajjar għal kulħadd b’imħabba kbira u dedikazzjoni.”
Puttinu jkomplu, “Ġest sabiħ li jurina kemm għandu qalb kbira. Awguri, David! Nawgurawlek ħafna iżjed snin ta’ saħħa, ferħ u barkiet.”
Prosit kbira u Awguri mill-qalb!
Facebook/ Puttinu Cares