L-awtur lokali Giovann Attard ippubblika kitba mill-isbaħ, li hi ddedikata għall-għażiża ommu. Hi ħalliet din id-dinja fil-21 ta’ Frat 2026.
“Fl-okkażjoni tal-Mewt t’Ommi (21 ta’ Frar 2026). L-ewwel ritmu illi smajna … L-ewwel jien – għalija wens – W erba’ snin wara għal oħti… Qalbek kienet!… Tatna sens. Minn ġo ġufek smajnih jidwi qed jisqina li kont int, Biex għamilna dak li aħna, jiena ibnek… oħti l-bint.”
Giovann jesprimi kemm ħadu diversi valuri mingħandha, fosthom “il-ħajja, twemmin, pożittivita’, rispett, imħabba, għajnuna u l-kuraġġ għall-libertà.”
Ċertament li kienet ta’ appoġġ kbir għall-familja kollha u jemmen li għadha kburija b’dak li jiksbu sal-lum.
“Kont kburija b’dak li bnejna, żewġ familji magħqudin, aħna, żwieġna u t-tfal tagħna b’għożża kbira lejn xulxin. Int qabbadtu dak ir-ritmu w ma’ familtna wkoll qsamnieh, qisu ħar-riedni waħdu…”
Minkejja li m’għadhiex fiżikament magħhom, Giovann jemmen li tinsab fl-ispirtu. “Nafu li se ssegwina minn fuq, fl-għoli tas-smewwiet. Inħobbuk Ma!”
Kuraġġ dejjem Giovann, u kondoljanzi.
Facebook/ Giovann Attard