Fil-Bulgarija Jintlemaħ Billboard Iħeġġeġ Lill-Poplu Bulgaru Sabiex Jivvota Lil Malta Fil-Eurovision

Bħala parti minn kampanja li qed isseħħ sabiex tiġi xprunata l-kanzunetta Maltija tal-Eurovision Song Contest għal din is-sena, fil-belt kapitali tal-Bulgarija għadu kif intlemaħ billboard li qed iħeġġeġ lill-poplu Bulgaru sabiex jagħti l-vot tiegħu lil Malta.

Matul dawn l-aħħar ġimgħat, AIDAN kellu l-opportunità li jdur diversi pajjiżi u jsemma’ l-kanzunetta tiegħu lil bosta popli differenti, inkluż dak Bulgaru. Fil-fatt, il-kantant żagħżugħ ta’ 26 sena kien saħansitra ta intervista lil programm Bulgaru li jixxandar kull filgħodu.

Kien proprju fuq il-pjattaforma ta’ Reddit li ttella’ ritratt ta’ dan il-billboard. Fis-sezzjoni tal-kummenti spikkaw bosta Bulgari li dehru diġà familjari ma’ pajjiżna tant li ftakru fil-kanzunetta li kienet irrappreżentanta s-sena l-oħra; il-kanzunetta ‘Kant’ kantata minn Miriana Conte.

Il-Eurovision Song Contest 2026 mistenni jibda nhar it-Tlieta 12 ta’ Mejju. AIDAN mistenni jkanta l-ewwel darba fl-14 ta’ Mejju meta se tkun qiegħda sseħħ it-tieni serata tas-semi-finali.

Nawguraw kull suċċess lil AIDAN!







Ritratti:

Reddit / Eurovision

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI