Kull sena, madwar id-dinja jiġi mfakkar Jum Dinji tal-Kliewi, jum iddedikat biex iqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-kliewi u dwar kif nistgħu nipproteġu s-saħħa tagħhom.
L-għan ewlieni tal-kampanja huwa li n-nies jifhmu aħjar il-perikli tal-mard tal-kliewi u l-importanza ta’ dijanjosi bikrija.
Esperti tas-saħħa jfakkru li stil ta’ ħajja b’saħħtu jista’ jgħin ħafna biex jitnaqqas ir-riskju ta’ problemi fil-kliewi. Dan jinkludi dieta bilanċjata, eżerċizzju regolari, konsum adegwat ta’ ilma u kontroll tal-pressjoni għolja u d-dijabete.
Il-Jum Dinji Tal-Kliewi jinkoraġġixxi wkoll lin-nies biex jagħmlu testijiet mediċi regolari u jkunu aktar konxji tas-sinjali li jistgħu jindikaw problemi fil-kliewi, sabiex aktar nies ikunu jistgħu jipprevjenu jew jikkuraw il-mard fil-ħin.
Il-paġna Is-Servizz Pubbliku qasmet messaġġ ta’ kuxjenza fuq il-midja soċjali biex tfakkar lill-pubbliku fl-importanza tas-saħħa tal-kliewi.
Fil-messaġġ tagħha, il-paġna kitbet: “Fil-Jum Dinji tal-Kliewi, inħeġġukom sabiex tieħdu ħsieb saħħitkom!” Fl-istess post kien hemm ritratt li jgħid, “Ħu ħsieb tiċċekkja l-kliewi u pproteġi l-futur tiegħek!”