Ilbieraħ l-attur Mario Micallef u l-familjari tiegħu ċċelebraw okkażjoni speċjali immens, hekk kif fil-25 ta’ Diċembru ta’ 18-il sena ilu, twieled in-neputi Nico.
Mario qasam ritratt flimkien ma’ Nico, u kiteb messaħħ mill-isbaħ.
“Kif jista ma jkolniex Milied speċjali meta llum ukoll huwa ukoll il-birthday tal-għażiż neputi tagħna Nico. Awguri mill-qalb għażiż. Int imlejtilna ħajjitna b’ferħ u għożża liema bħalha. Filli tarbija inbandlek biex forsi torqod, u filli llum sirtilna adult, 18 il-sena. Inħobbuk bla qies għażiż.”
Awguri Nico!