Ina Robinich qasmet kelmtejn li kitbet fuq Facebook dwar realtà li ħafna drabi hija stigmatizzata: is-saħħa mentali.
Mhux biss qasmet l-esperjenza tagħha stess, iżda ħeġġet ukoll lin-nies biex ifittxu l-għajnuna u biex ma jaqtgħux qalbhom!
Fil-ħajja kull wieħed u waħda minnha għadda minn xi problema imma mhux kulħadd jaraha l-istess u mhux ta’ kulħadd tkun l-istess il-problema u l-inkwiet. Hawn minn jaħseb li d-dinja spiċċat għalih u ma għandux għalfejn jibqa’ f’din id-dinja, ma għandux għalfejn ikompli jghix. Illum il-ġurnata nifhimkom ghax JIEN KONT KEMM,” hi kitbet.
“Fittixt l-għajnuna u bdejt nara s-sabiħ tal-ħajja erġajt. Illum hawn nies profesjonali biżżejjed biex jgħinuk u jigwidawk biex tara l-problema b’mod ieħor u jgħinuk taċċetta l-bidla f’ħajtek. Minn qalbi ngħidlilkom FITTXU L-GĦAJNUNA U TASLU. “