“Fl-Epifanija Tal-Mulej, L-Arċisqof Charles Scicluna Ċċelebra Quddiesa Bl-Għoti Tal-Ministeru Tal-Lettorat Lil Tliet Seminaristi” – L-Arċidjoċesi Ta’ Malta

Tliet seminaristi

Fuq il-paġna uffiċjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta xerrdu diversi ritratti ta’ tliet seminaristi li ġew maħtura lettorati fl-Epifanija.

“Fl-Epifanija tal-Mulej, l-Arċisqof Charles Scicluna ċċelebra quddiesa bl-għoti tal-ministeru tal-Lettorat lil tliet seminaristi. Dan ifisser li jsiru qarrejja uffiċjali tal-Kelma t’Alla waqt il-quddies u ċelebrazzjonijiet liturġiċi oħra u jkollhom ir-responsabbiltà li jxandru l-Kelma ta’ Alla permezz tal-katekiżmu u laqgħat oħra ta’ formazzjoni Nisranija.”

L-Arċisqof isemmi l-importanza tal-umiltà, u biex ikomplu jaħdmu ħalli jifhmu aktar il-Kelma t’Alla.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI