Il-paġna tal-Arċidjoċesi ta’ Malta kitbet dwar is-sena anniversarju minn meta ħalliena. Jibqa’ msemmi bħala persuna tant maħbuba u rispettata, u l-ħajja missjunarja tiegħu tibqa’ ammirata u msemmija.
“Fl-ewwel anniversarju minn mewt l-Ariċisqof Pawlu Cremona, niftakru b’għożża fil-ħajja missjunarja li għex fost il-poplu Malti għall-glorja ta’ Alla, filwaqt li nitolbu li, bl-eżempju tiegħu u bil-grazzja ta’ Alla, aħna wkoll nagħtu ħajjitna għal xulxin b’imħabba bla kundizzjoni.”
Fil-filmat li tefgħu juru diversi mumenti mill-ħajja tiegħu fosthom il-mumenti meta kien ikun preżenti fost in-nies, u tidher biċ-ċar l-imħabba tagħhom lejh.
Insellmu l-memorja tiegħu. Għal dejjem f’qalbna.