Transport Malta, flimkien mal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi, nediet fond speċjali ta’ €1 miljun biex jassisti lil dawk li sofrew ħsarat kawża tal-maltempata “Harry”, fejn dawn il-ħsarat ma kinux koperti minn polza tal-assigurazzjoni.
Il-fond se jkopri danni li seħħew f’żoni kostali u f’villaġġi li ġew affettwati minn ilmijiet li telgħu l-art minħabba l-maltemp, kif ukoll f’żoni urbani u residenzjali li sofrew ħsarat minħabba siġar u veġetazzjoni li waqgħu. Dawn jinkludu ħsarat fuq vetturi, strutturi, faċċati ta’ djar u servizzi oħra relatati mal-effetti tal-maltemp.
Persuni privati, kumpaniji u għaqdiet volontarji jistgħu japplikaw għal għotja ta’ darba li tista’ tilħaq massimu ta’ €5,000 għal kull talba..
Il-fondi se jiġu allokati mill-fond ta’ Corporate Social Responsibility ta’ Transport Malta, li huwa ffinanzjat minn dħul li jinġabar minn multi.
Għal aktar dettalji dwar l-iskema, il-pubbliku jista’ jidħol fuq: https://www.transport.gov.mt/land/sustainable-transport/Assistance-Scheme-for-Damage-caused-by-the-Exceptional-Adverse-Weather-Conditions-of-January%202026-7614 jew billi jibgħat email fuq damage.assistance.scheme.tm@transport.gov.mt
Facebook / Water Services Corporation