Fr Gylan Camilleri Jiġi Nominat Bħala Kanonku Onorarju Tal-Kapitlu Tal-Kolleġġjata Ta’ Marija Bambina, L-Isla

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Knisja Arċipretali u Santwarju, Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar qasmu mas-segwaċi tagħhom aħbar sabiħa hekk kif Fr Gylan Camilleri ġie nominat bħala Kanonku Onorarju tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, l-Isla.

Huma qalu, “Waqt li ser jibqa’ jservi fil-parroċċa tagħna, bi pjaċir inħabbrulkom li Mons. Arċisqof għoġbu jinnomina lil Fr Gylan Camilleri – Viċi-Arċipriet ta’ Ħaż-Żabbar bħala Kanonku Onorarju tal-Kapitlu tal-Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, l-Isla.”

Komplew billi żiedu jgħidu, “Aħna nilqgħu bil-ferħ din l-aħbar u nħeġġiġkom sabiex ningħaqdu miegħu nhar is-Sibt 3 ta’ Jannar 2026 għall-investitura fis-18:00 ġewwa l-Bażilika tal-Isla.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawgurawlu minn qalbna!







Ritratti:

Facebook/Knisja Arċipretali u Santwarju, Madonna tal-Grazzja, Ħaż-Żabbar

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI