“Awguri lil Fr. Hilary Tagliferro li llum, 22 ta’ Marzu qed jiċċelebra l-anniversarju tat-68 sena mill-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu,” huma kitbu.
“Fr. Hilary twieled f’ Hat-Tarxien fl-1934 u ġietu l-vokazzjoni biex issir patri meta kellu biss 16-il sena. Għalkemm il-ħolma tiegħu biex isir player professjonali qatt ma setgħat isseħħ, huwa xorta sab il-ħin biex ikollu karriera sportiva bħala ġurnalist sportiv u kowċ tal-football. Kien ukoll il-moħħ wara l-bidu tan-nurseries f’ Malta fejn mijiet ta’ tfal kienu jiltaqaw darba jew darbtejn fil-gimgħa biex jippratikaw l-isports bħal football, basketball, ġinnastika u atletika. Fr. Hilary Tagliaferro serva ukoll bħala l- President tal-Youth Football Association.”
“F’ San Ġiljan jibqa magħruf bhala l-fundatur u l-moħħ wara l-Millennium Chapel u l-WOW ġewwa Paceville.”
Facebook / St. Julian’s Malta