F’filmat emozzjonanti li tella’ fuq il-midja soċjali, The Briefcase Man tkellem dwar żmien iebes li għadda minnu ftit snin ilu fejn kellu jaffaċja xi sfidi mentali. Hu jistqarr li f’dan il-perjodu ta’ ħajtu kien tilef kull ħajra li jgħix. Spjega li dak iż-żmien ma kellu l-ebda skop għalfejn jibqa’ għaddej b’ħajtu.
Gabriel jistqarr li hu proprju għal din ir-raġuni li japprezza ferm ir-rikonoxximent u l-gratitudni li l-pubbliku qiegħed juri lejn il-ħidma li qed iwettaq permezz tal-karattru ta’ The Briefcase Man sabiex jgħin itaffi l-uġigħ li jkunu qed iħossu persuni li għaddejjin minn xi sfida diffiċli f’ħajjithom.
Jekk inti jew xi ħadd li taf għaddej minn mument iebes, ftakar li hawn l-għajnuna.
Instagram / The Briefcase Man