Illum huwa jum speċjali għall-kantanta lokali Gillian Attard, li jġib miegħu memorja sentimentali. Bħal-lum Gillian saret omm ta’ Beppe, it-tifel li tant ħalla impatt f’ħajjitha.
Gillian tiktiblu messaġġ speċjali għall-okkażjoni. “Għeluq sninek iġib miegħu memorji ta’ ferħ u tifkira ta’ kemm tibqa’ ġġibli kuntentizza f’ħajti. Nittama li tibqa’ tħares ‘il quddiem f’ħajtek bi tbissima…”
Tiktiblu li min-naħa tagħha dejjem ser ittih imħabba eterna, affezjoni u rispett. Tħeġġu jibqa’ pożittiv u dejjem ixerred spirtu ta’ ferħ madwaru. Awguri mill-qalb f’isem it-tim ta’ Gwida.mt lil Beppe!
View this post on Instagram