Il-kunsilliera tar-Rabat Janice Busuttil qasmet ġest mill-isbaħ li hi u żewġha, il-preżentatur u personalità lokali John Busuttil, għażlu li jagħmlu f’għeluq snin binhom Giuseppe. Il-koppja għażlet li tagħmel tatwaġġ b’tifsira personali ħafna, li jiġbor fih żewġ elementi importanti fl-istorja tal-familja tagħhom, id-data li fiha Janice u John bdew il-vjaġġ tagħhom flimkien u lil binhom Giuseppe, li ġab ferħ kbir f’ħajjithom.
“Għal birthday ta’ Giuseppe għamilna din it-tattoo. Data li bdejna flimkien għal dejjem u biż-żgħir tagħna li ġab ferħ kbir f’ħajjitna u fil-familja tagħna,” kitbet Janice fuq il-midja soċjali. Permezz ta’ dan it-tpinġija, Janice u John għażlu li jġorru magħhom b’mod permanenti tifkira tal-bidu tar-relazzjoni tagħhom, flimkien ma’ simbolu ta’ Giuseppe u tal-ferħ li ġab miegħu fil-familja.
Ġest sempliċi iżda mimli sentiment, li żgur jagħmel dan l-għeluq snin ta’ Giuseppe wieħed aktar speċjali għall-familja Busuttil. Nawguraw lil Giuseppe l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u ħafna aktar snin sbieħ imdawwar bl-imħabba tal-familja tiegħu!
Facebook / Janice Busuttil