“Ġegħeltuni Nħossni Sigur, Ferħan, U Qatt Waħdi, Kemm Fuq Il-Palk Kif Ukoll Lil Hinn Minnu. Il-Qalb Tajba, Il-Ġenerożità U L-Ħbiberija Ġenwina Tiegħek

Il-kantanta lokali Destiny Chukunyere kitbet messaġġ ukoll fejn esprimiet kemm hi grata għall-esperjenza tagħha bħala preżentatriċi waqt il-Malta Eurovision 2026.

Hi rringrazzjat lit-tim kollu wara dan l-avveniment prestiġjuż, li bħala preżentatriċi, sabithom ta’ appoġġ u kooperazzjoni tul din l-ewwel esperjenza tagħha f’dan l-irwol.

Destiny kitbet ukoll messaġġ mill-qalb lil Keane u Gaia, li flimkien magħha qasmu din l-esperjenza unika.

“Lill-ko-preżentaturi sbieħ tiegħi, Keane u Gaia, nirringrazzjakom minn qalbi għall-imħabba bla tmiem, il-ħarsien u l-appoġġ li tajtuni matul dan il-vjaġġ. Ġegħeltuni nħossni sigura, ferħana u qatt waħdi, kemm fuq il-palk kif ukoll lil hinn minnu. Il-qalb tajba, il-ġenerożità u l-ħbiberija ġenwina tagħkom ifissru aktar milli jistgħu jesprimu l-kliem.”

Destiny tkompli tgħid: “Mingħajrkom, ma kontx inkun nista’ ngħaddi minn iljieli bla rqad, mill-istress, mid-dmugħ u mit-taħlita ta’ emozzjonijiet li qatt stajt nimmaġina. Il-preżenza, il-qawwa u l-imħabba tagħkom għenuni f’dan kollu, u għal dejjem se nkun grata.”

Prosit, Destiny, u lill-preżentaturi sħabha!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI