Għada Filgħaxija Għall-Milied Se Jkun Qed Jixxandar Film Ta’ Klassi Għalina

Għada filgħaxija, f’jum il-Milied, fit-20:15 se jkun qed jixxandar fuq l-istazzjon ONE il-film Malti ‘Klassi Għalina & The History of the World’.

Jgħaddu kemm jgħaddu snin Klassi Għalina jibqa’ popolari ħafna fost is-segwaċi Maltin. Tant hu hekk li proprju s-sena d-dieħla l-kast mistenni jirritorna fit-televixin Malti b’episodji ġodda.



Fil-film ‘Klassi Għalina & The History of The World’ il-kast ta’ Klassi Għalina jsib ruħu f’uħud mill-iżjed stejjer magħrufin fl-istorja fosthom l-istorja ta’ Adam u Eva, dik ta’ Romeo u Ġuljetta u saħansitra jsibu rwieħhom fl-Assedju l-Kbir ta’ Malta.





Ritratti:

Facebook / Klassi Għalina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI