Paniku huwa programm li f’din l-iskeda ġibed bosta telespettaturi, u kompla jżid l-ispettaklu għall-gosti ta’ kulħadd. Fuq il-paġna uffiċjali ta’ paniku.mt, tħabbar li vawċer tal-logħba ġiet mogħti għas-sorijiet tal-Ursolini.
“Il-voucher għall-boardgame Paniku ta’ BDL, din il-ġimgħa se tmur għand is-Sorijiet tal-Ursolini ta’ Angela House. Dan għaliex ħadd ma rnexxielu jasal qrib tat-tweġibiet li taw fil-programm ta’ nhar il-Ġimgħa għall-mistoqsija ‘Semmi 5 speċi ta’ siġar’.”
Prosit kbira lil kull min hu involut!
Facebook/ Paniku