“Għada L-Ħadd 21 Ta’ Ġunju, Iseħħ Dak Li Hu Magħruf Bħala S-Solstizju Tas-Sajf” – It-Temp Madwarna

Uffiċjalment, għada jseħħ il-bidu tal-istaġun tas-sajf. Il-paġna It-Temp Madwarna tkellmet dwar dan.

“Għada l-Ħadd 21 ta’ ġunju, għall-ħabta tal-10:24 am, iseħħ dak  li hu magħruf bħala s-solstizju tas-sajf,” huma kitbu. “Dan jimmarka l-bidu tas-sajf fl-emisfera ta’ fuq tad-dinja filwaqt li tibda uffiċjalment ix-xitwa fl-emisfera t’isfel tal-pjaneta tagħna.”

“Il-fwies tad-dinja jkunu nklinati 23.5° lejn ix-xemx fl-emisfera ta’ fuq, u għaldaqstant f’dan il-jum tiġi rreġistrata wkoll l-itwal ġurnata. Aktar ma titla’ f’latitudni ‘l fuq, il-ġurnata aktar tkun twila. Ċertu żoni viċin iċ-Ċirku Arktiku (Arctic Circle) jkollhom 24 siegħa dawl, fenomenu wkoll magħruf bħala ‘midnight sun’. Din l-inklinazzjoni fil-fwies tad-dinja hija responsabbli mill-istaġuni kif nafuhom!”







Ritratti:

Facebook / It-Temp Madwarna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI