Fr Robert Grech illum qed jiċċelebra 23 sena minn meta ġie ordnat saċerdot. Fr Grech kien ġie ordnat fl-20 ta’ Ġunju tal-2003.
Il-paġna tal-Facebook St. Julian’s Malta kitbet messaġġ t’awguri. “Awguri lil Fr Robert Grech li llum qed jiċċelebra 23 sena saċerdot.” Huma tellgħu ukoll ritratt ta’ Fr Grech fl-aħħar jum tiegħu fil-parroċċa ta’ San Ġiljan.
“Dun Robert Grech twieled San Ġiljan fl‑4 ta’ Lulju 1977, u rċieva l‑ewwel edukazzjoni tiegħu fl‑iskola statali ta’ San Ġwann. Studja l‑Filosofija fis‑Seminarju Pawlu VI ta’ Brescia, it‑Teoloġija fl-Università Pontifiċja Teresianum f’Ruma, u t‑Teoloġija Pastorali fl‑Università ta’ Malta. Huwa ġie ordnat saċerdot fl‑20 ta’ Ġunju 2003.”
Facebook / St. Julian’s Malta