Il-Ministru għall-Intern, Sigurtà, Riformi u Ugwaljanza Byron Camilleri qasam ritratt mal-familja hekk kif l-għażiża martu Salome għada tiċċelebra għeluq sninha!
Byron u Salome qalu s-signor si proprju f’Ġunju ta’ tliet snin ilu fil-knisja tal-Fgura. Il-koppja tista’ tgħid ilhom jafu lil xulxin aktar minn 10 snin issa, għax kienu ltaqgħu fl-24 ta’ Mejju tal-2015.
“Għada niċċelebraw il-birthday ta’ Salome. Grazzi ta’ dak kollu li tagħmel għall-familja tagħna,” jikteb Byron. Bosta kkummentaw biex jawgurawlha f’din l-okkażjoni.
Awguri mill-qalb f’isem it-tim ta’ Gwida.mt!