Għada Se Tingħata L-Aħħar Tislima F’Art Twelidha T-Tifla Ta’ 13-Il Sena Li Tilfet Ħajjitha Fiċ-Ċirkewwa

F’art twelidha fil-Polonja għada mistennija tingħata l-aħħar tislima lil Oliwia Wojnowska, t-tifla ta’ 13-il sena li xi jiem ilu tilfet ħajjitha traġikament wara li sfat vittma tal-mewġ qalil li ħakem fiċ-Ċirkewwa.

Dan ġie żvelat mis-sit NET News fejn spjegaw ukoll li l-funeral se jkun qed iseħħ fis-13:00 fil-Knisja ta’ Santa Marija Maddalena ġewwa r-raħal Pollakk Łazy.

Fil-ġurnata tal-inċident traġiku t-tifla ta’ 13-il sena kienet qiegħda btala f’pajjiżna flimkien ma’ missierha u ħuha ta’ 17-il sena. Issemma kif kienet proprju x-xewqa tat-tifla li tiġi f’pajjiżna għaliex xtaqet li tgawdi l-baħar billi ma setgħetx tagħmel dan f’pajjiżha.

Tlett ijiem wara din it-traġedja t-tifla instabet bla ħajja minn żewġ bugħadassa li taw l-għajnuna tagħhom fi tfittxija intensiva li damet madwar 3 ijiem u li rat l-involviment ta’ fost l-ogħla korpi dixxiplinarji ta’ pajjiżna.

Wara li t-tifla nstabet bla ħajja, eluf ta’ Maltin ingħaqdu sabiex joffru l-kondoljanzi tagħhom lill-familjari fl-isfond ta’ din it-traġedja.



Tistrieħ fis-sliem!





Ritratti:

Facebook / Charles Debono u Małgorzata HM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI